Prize day Prize day

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal PRIZE DAY. L-ewwel sinjal għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel, l-idejn jieħdu l-forma laxka ta’ T bis-swaba mifrudin u kkurvati u bil-pala tħares ’l isfel . L-idejn iduru ftit ma’ xulxin fin-nofs. (ii) Imbagħad l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 kemm kemm kkurvata bis-swaba mifrudin u bil-pala tħares ’il fuq. L-idejn jogħlew ftit u jersqu ’l quddiem. (iii) Fl-aħħar isir wieħed mis-sinjali għal JUM. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’il ġewwa u tinżel mill-livell ’l fuq mir-ras sal-livell tas-sider bil-werrej jipponta lejn il-ġenb. It-tieni sinjal għadu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal IĊĊELEBRA. L-idejn jieħdu l-forma ta’ T bil-pala tħares ’il ġewwa u bid-dirgħajn weqfin mill-minkeb. L-idejn iduru orizzontalment. (ii) Fit-tieni parti jsir s-sinjal għal JUM bħal fit-tielet parti tal-ewwel sinjal.

There are two signs for PRIZE DAY. The first part has three parts. (i) First, the hands take the shape of loose T with fingers apart and curved and with the palms facing downwards. The hands rotate a little around each other in the middle. (ii) Then the hands take the shape of slightly curved 5 with fingers apart and palms facing upwards. The hands are raised a little and move forward. (iii) Then one of the signs for DAY is made. One hand takes the shape of 1 with the palm facing inwards. The hand moves down from above head level to chest level with the index finger pointing to the side. The second sign has two parts. (i) The first part is the sign for CELEBRATE. It is made with both hands in the shape of T with palms facing inwards and arms upright from the elbows. The hands rotate horizontally. (ii) The second part is the sign for DAY, made as in the third part of the first sign.